
Dwarna
Kif twelidna – storja qasira tal-EDM
L-ewwel laqgħat ta’ l-NA fl-Ewropa nżammu għall-ħabta ta’ tmiem is-snin sebgħin fil-bażijiet ta’ l-Armata Amerikana fil-Ġermanja. Wara saru aktar laqgħat fl-Irlanda u l-Ingilterra, li ġew segwiti minn komunitajiet tal-NA f’pajjiżi oħrajn ta’ l-Ewropa. Fl-1983, grupp żgħir ta’ membri Irlandiżi marru Londra biex jipparteċipaw għal-laqgħa, u dan wassal biex saret l-ewwel Konferenza Ewropea, li nżammet fi Trinity College, Dublin fl-1984 li għaliha attendew imsieħba mill-Ingilterra, il-Ġermanja u rappreżentanti mill-Uffiċċju tas-Servizz Dinji (World Service Office).
Din l-attivita` żviluppat f’dik li hi l-Konvenzjoni u Konferenza Ewropea tal-NA (ECCNA), li dejjem ġiet imlaqqa’ skond min imissu minn komunitajiet differenti Ewropej. Prinċiparjament din kienet ċelebrazzjoni ta’ fejqan, bi ftit tal-ħin iffukat fuq rapporti mhux formali ma’ u minn dawk li jkunu qed jipparteċipaw. Fil-Konvenzjoni ta’ Lisbona fl-1990, grupp żgħir kien magħmul minn imsieħba mill-Belġju, Franza, l-Irlanda, l-Portugall, Spanja, l-Iżvizzera u l-Ingilterra sabiex jistudjaw il-possibiltajiet ta’ struttura ta’ servizz Ewropew. Dan sar magħruf bħala l-European Study Group, li wara l-ECCNA li nżammet f’Ruma sar magħruf bħala l- Grupp tar-Riżorsi Ewropej (European Resource Group), u li ppreżenta t-tagħrif miġbur fil-Konvenzjoni ta’ Brussel li nżammet sentejn wara. F’dik il-laqgħa, id-delegati għarfu li meta jagħmlu l-mistoqsija ikunu saru waħda mit-tweġibiet u kienu fil-fatt l-għażla tal-Grupp Kbir Rappreżentativ (Large Representative Body), li kien deskritt mill-Grupp tar-Riżorsi Ewropej.
Dan il-grupp ingħata l-isem tal-Laqgħa tad-Delegati Ewropej (EDM), li llum tiltaqa’ darbtejn fis-sena u meqjusa bħala forum ta’ bosta lingwi u kulturi tal-komunitajiet tal-NA ġo u barra l-Ewropa, li l-missjoni tagħna hija li nkabbru l-ħarsien b’riżq il-ħajja u l-għaqda, nagħtu appoġġ fit-tkattir tagħhom u ngħinuhom biex jilħqu l-iskopijiet primarji li jmexxu ’l quddiem il-messaġġ tal-NA lil dawk li għadhom isofru konsegwenza tal-vizzju. U minbarra li sservi bħala forum għall-komunitajiet Ewropej tal-NA, l-EDM torganizza u ssostni finanzjarjament żjajjar ta’ Żvilupp tas-Sħubija (Fellowship Development) lil Komunitajiet li jkunu għadhom fil-bidu, biex jgħinuhom jibnu l-istrutturi tas-servizzi u jaħdmu ma’ problemi fil-lokal tagħhom. L-EDM hija wkoll responsabbli mill-Konvenzjoni u l-Konferenza Ewropea Annwali (ECCNA). Fl-2005 saru ’l fuq minn elfejn laqgħa ta’ l-NA fl-Ewropa reġistrati mal-Uffiċċju tas-Servizz Dinji (World Service Office) u l-ECCNA kompliet dejjem tikber u tikber.
