
Dwarna
X’tagħmel il-Laqgħa tad-Delegati Ewropej (EDM)
Żvilupp tas-Sħubija
L-Iżvilupp tas-Sħubija sar wieħed mill-attivitajiet ċentrali tal-EDM, billi joffri l-appoġġ lill-komunitajiet tal-NA fil-bidu mneta jkunu qed isawru l-istruttura tas-servizz meħtieġ fil-lokal tagħhom. Fost l-attivitajiet ta’ l-Iżvilupp tas-Sħubija insibu żjajjar fil-komunitajiet, l-organizzazzjoni ta’ servizz speċifiku u perijodu ta’ diskussjoni dwar fejqan f’konvenzjonijiet u konferenzi lokali, jikkomunikaw u jwieġbu għal talbiet ta’ tipi differenti fiż-żona tal-EDM. Żjajjar riċenti wrew li huma ta’ għajnuna kbira f’komunitajiet bħall-Eġittu, il-Polonja u l-Ukrajna.
ECCNA – Konvenzjoni u Konferenza Ewropea tan-Narkotiċi Anonimi
l-ECCNA hija avveniment annwali li tiġbor flimkien iċ-ċelebrazzjoni tal-fejqan ma’ servizz orjentat f’perijodu ta’ diskussjoni. Kull sena l-EDM – il-Laqgħa tad-Delegati Ewropej – tiddelega ir-responsabbilta` għall-ippjanar u li tlaqqa’ l-ECCNA f’wieħed mill-Komunitajiet tal-NA li jidħlu għal din ir-responsabbilta`.
Il-Konferenza tal-EDM
Delegati tal-komunitajiet membri tal-EDM jiltaqgħu darbtejn f’sena għal konferenza ta’ 4 t’ijiem. Il-Laqgħa tas-sajf aktarx li ssir waqt l-ECCNA, waqt li l-laqgħa tax-xitwa tiġi mlaqqa’ minn komunitajiet differenti u spiss tikkombina ma’ xi attivita` ta’ Żvilupp tas-Sħubija.
